Illum Tiċċelebra Għeluq Sninha L-Kantanta Lokali Miriam Christine!

Illum tiċċelebra għeluq sninha l-kantanta lokali Miriam Christine. Hi rrappreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest tas-sena 1996, f’Oslo, meta kellha biss 17 -il sena, u rnexxielha tasal fl-10 post b’68 punt.

Hi skopriet l-imħabba li kellha għall-mużika meta kienet tifla ċkejkna ta’ sitt snin hekk kif bdiet titgħallem tkanta u ddoqq il-pjanu, u fil-Malta Music Awards tas-sena 1995 rebħet il-premju ta’ Best New Artist.

Waqqfet kor tat-tfal f’Għawdex, għalliema tal-kant, u kienet anke preżentatriċi fuq il-televiżjoni. Għamlet bosta prestazzjonijiet barra minn Malta, fosthom prestazzjonijiet fil-Palestine fejn kantat kanzunetti bil-Malti.

Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlha mill-qalb f’din il-ġurnata speċjali. Nisperaw li jkollha ġurnata mill-isbaħ f’għeluq sninha!





Facebook / Miriam Christine



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI