Araw X’Għamel L-Ekwipaġġ Ta’ Din It-Titjira Biex Jgħinu Tifel Bl-Awtiżmu!

Omm tifel bl-awtiżmu ħasbet li kienu se jkeċċu lilha u lil binha minn fuq it-titjira... iżda minflok, l-ekwipaġġ sħiħ ngħaqad sabiex it-tifel jgħinuh iħossu komdu u jikkalma!

Braysen huwa t-tifel ta’ 4 snin ta’ Lori Gabriel: huwa nonverbali u jinstab fuq l-ispettru tal-awtiżmu. Fuq titjira ta’ United Airlines minn San Diego għal Houston, Braysen ma seta’ jħossu komdu b’xejn, u għal din ir-raġuni ma riedx jibqa’ marbut biċ-ċinturin tas-sigurtà. Għalkemm kien qiegħed iwerżaq u jiġbdilha xagħarha, għall-ewwel kien bilqiegħda fuq ħoġor ommu, iżda ftit wara li l-ajruplan telaq, ma damx ma ħarab jiġri minn postu u anki beda jagħti b’saqajh.

Facebook / Lori Gabriel

Minkejja dan kollu, Braysen intlaqa’ bil-qalb tad-deheb tal-membri tal-ekwipaġġ, li għamlu ħilithom sabiex jakkomodaw it-tifel u jgħinuh iħossu komdu kemm jista’: saħansitra anki tħalla joqgħod mimdud viċin il-First Class b’liżar tas-sigurtà fuqu. Kif waslu d-destinazzjoni tagħhom, membru mill-ekwipaġġ newwel nota lill-omm, li kienet miżgħuda bi kliem ta’ kuraġġ sabiex iqawwilha qalbha.

Fuq post li tellgħet fuq Facebook, l-omm esprimiet il-gratitudni tagħha lill-ekwipaġġ ta’ din it-titjira kif ukoll lill-passiġġiera għall-għajnuna u l-attitudni tagħhom f’dan il-mument. Bosta kienu dawk li kkummentawlha mhux biss biex iqawwulha qalbha iżda wkoll jesprimu l-kuntentizza tagħhom lejn din l-aħbar, li tista’ titqies bħala xempju ta’ x’nistgħu nagħmlu f’sitwazzjoni hekk.

Facebook / Lori Gabriel

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI