Il-paġna lokali Aġġornament tat-temp tatna ftit togħma ta’ dak li għandna nistennew fil-jiem li ġejjin rigward temp u temperaturi. Hu jiktbu, “Temp jibqa’ ftit imsaħħab għal-lum u jibda jonqos ir-riħ mill-Punent Ilbic forza 5 għal forza 4. Temperatura l-għola tmiss 18°C.”
L-aġġornament ikompli jgħid, “il-karta tat-temp turina li dan it-temp stabbli mistenni jippersisti sas-Sibt filgħodu. Però, kunu ppreparati li Frar ser jagħtina aktar ksieħ! Minn nhar is-Sibt arja instabbli ser tinferex fil-Meditteran u ser iġġib temperatura aktar kiesħa u tirritorna x-xita wara nofsinhar.”
Dak mhux kollox, “Fil-fatt hu mistenni li nhar il-Ħadd li ġej ikollna x-xita u t-temperatura l-għola ma taqbiżx l-14°C u l-inqas filgħaxija tmiss it-8°C. Aktar ksieħ mistenni minn nhar it-Tnejn li ġej fejn l-għola temperatura mistennija tmiss biss 11°C. Wara kollox fi Frar qegħdin.”
Jidher li għal San Valentinu ħa jkollna ċ-ċans li nitgeddsu aktar mal-maħbub/a speċjali tagħna u min m’għandu lil ħadd, jieħu paċenzja u jitgeddes ma’ xi annimal li żgur li joffri mħabba bla qies.