Bħal-lum sena ilu wasal il-jum speċjali għall-koppja lokali, l-kantant Christian Arding u l-attriċi Graziella Montebello. Il-jum meta huma qalu s-signor si, mument li kienu tant ħerqana għalih u jfisser ħafna.
Kemm-il darba naraw xi post minn tagħhom indirizzata lil xulxin f’xi okkażjoni bħal għeluq sninhom jew l-anniversarju minn meta beda l-vjaġġ ta’ mħabbithom. Illum għall-ewwel darba qed jawguraw lil xulxin l-anniversarju taż-żwieġ.
Awguri minn qalbna Christian u Graziella! Nixtiqulkom l-isbaħ affarijiet f’ħajjitkom illum u dejjem!
Emil Calleja Bayliss