Il-paġna ta’ Infrastructure Malta ħabbret fuq il-midja soċjali li llum beda l-proġett tal-Gudja b’investiment ta’ €18-il miljun.
Fuq il-paġna ġie miktub li se jibnu “mill-ġdid ir-roundabout tal-Gudja b’żewġ mini lejn Ħal Faru u Birżebbuġa, b’aċċess aktar sigur għall-Gudja, Ħal Għaxaq u l-Ajruport, bi flyover lejn Ħal Kirkop, l-Imqabba, l-Qrendi, ż-Żurrieq u Ħal Safi u b’faċilitajiet aktar siguri għall-ivvjaġġar bil-mixi, b’Tallinja u bir-rota.”
Iżda bħalma jafu bosta, fil-passat kien hemm numru ta’ drabi fejn passaġġi ġodda għall-mixi u r-roti ma tantx kienu maħsubin b’sigurtà għal dak li jkun. Taħseb li din id-darba se tkun differenti s-sitwazzjoni? Iktbilna fil-kummenti.
Facebook/Infrastructure Malta