Dan hu ż-żmien tal-Karnival u ħafna skejjel qed jorganizzaw xi ħaġa żgħira sabiex lill-istudenti jagħtuhom ftit spirtu ta’ dan iż-żmien. Vera li din is-sena, il-festa tal-Karnival mhux qed tiġi ċċelebrata kif nafuha ssoltu iżda xorta waħda ħa nkunu qed ingawduha b’differenza.
Fr. Karm DeBattista wkoll libes tal-karnival u żgur mhux b’xi kostum li qatt rajnieh qabel. Hu tella’ żewġ ritratti ħelwin fuq il-mezzi soċjali tiegħu flimkien ma’ xi għalliema oħra fil-kulleġġ ta’ fejn jinsab bħalissa.
Dan iż-żmien jiġi għal kulħadd, b’hekk fil-kanzunetta popolari tal-karnival ngħidu: “jgħajtu x-xjuħ u jgħajtu t-tfal.” Int ħa tkun qed tilbes xi kostum din is-sena?