Il-kantant lokali Kyle Cutajar, magħruf ukoll bħala Kyle George, fakkar b’mod emozzjonanti f’għeluq snin tan-nanna tiegħu – minkejja li m’għadhiex magħna. B’qalb mimlija gratitudni u mħabba, Kyle qasam messaġġ sabiħ fuq il-midja soċjali biex jonora t-tifkira tagħha.
Hu jikteb, “Happy Birthday għażiża tiegħi. Għalkemm m’għadniex narak, emmini meta ngħidlek, li dejjem f’qalbi kont, għadek u tibqa’!” Kyle jżid li n-nanna tiegħu kienet pilastru ta’ għerf, sagrifiċċju u mħabba bla kundizzjoni – persuna li ħalliet impatt profond mhux biss fuq ħajtu, imma wkoll fuq dawk ta’ madwarha. Jitkellem b’mod li juri li din it-telfa u l-weġgħa għadha preżenti, iżda wkoll juri gratitudni kbira għall-memorji sbieħ li baqgħu miegħu sal-lum.
Hu jtemm bil-kliem, “Dolor tiegħi, kemm għamilt magħna u ma’ nies oħra! Nimmissjawk immens! Inħobbok Nann!” Frażi li tgħaqqad il-weġgħa tat-telf ma’ mħabba li ma tmut qatt.