Għall-ewwel darba f’Malta, bdew jingħataw korsijiet f’livell ta’ Masters fin-Negozju tal-Moda (Business of Fashion) u wkoll fl-Immaniġġjar tal-Kura tal-Anzjani.
Idea Academy nediet l-għażla tagħha tal-programmi f’livell ta’ Masters li se jibdew f’April li ġej, bi programmi li jinkludu wkoll l-Intelliġenza Artifiċjali u l-Immaniġġjar u t-Tmexxija tal-Kura tas-Saħħa.
Fuq talba popolari, Idea Academy se tkun qed iġġib ukoll il-kors tal-Property Agents Award, li huwa essenzjali għall-aġenti tal-propjetà immobbli u s-sensara tal-propjetà biex jiksbu l-liċenzja tagħhom biex joperaw. Dan il-kors qasir se jibda f’Marzu u jibqa’ għaddej matul il-bqija tas-sena.
Idea Academy kienet imwaqqfa lura fl-2005 taħt l-isem ta’ Idea Leadership and Management Institute iżda matul iż-żmien evolviet f’waħda mill-istituzzjonijiet ewlenin ta’ edukazzjoni ogħla f’pajjiżna li huma akkreditati mill-Malta Further and Higher Education Authority.
L-akkademja toffri għażla ta’ programmi akkreditati apposta, f’oqsma differenti, mil-livell taċ-ċertifikat sal-livell ta’ Masters. Il-proċess rigoruż ta’ akkreditazzjoni, jitwettaq separatament għal kull module f’kull programm li tiżviluppa Idea Academy. Dan jiżgura standard ta’ kwalità għolja ħafna. Mat-tlestija ta’ kull kors, il-gradwati jirċievu kwalifika rikonoxxuta internazzjonalment.
In-natura mfassla apposta tal-korsijiet tfisser li kull programm jiġi mibni bil-kollaborazzjoni ta’ esperti tal-industrija u akkademiċi ewlenin, li jiżguraw li huma kompletament ibbażati fuq l-industrija partikolari.

Silvio De Bono – Id-Direttur Maniġerjali ta’ Idea Academy
Il-programmi tal-Business of Fashion Master, pereżempju, ġew żviluppati bl-għajnuna ta’ Filippo Pernisco, id-direttur akkademiku tal-Accademia Italiana – Arte, Moda u Disinn. Idea Academy hi mmirata esklussivament għall-adulti, li ħafna minnhom huma diġà prattikanti u professjonisti ta’ esperjenza.
“Aħna iċċentrati mmens fuq l-istudenti fl-approach tagħna,” jispjega d-Direttur Maniġerjali ta’ Idea Academy Silvio De Bono. “L-istudenti kollha tagħna jgħixu ħajja professjonali u personali verament mgħaġġla, u l-esperjenza ta’ tagħlim kollha tagħna hija strutturata b’tali mod li takkomodahom u tappoġġjahom matul il-vjaġġ tagħhom.”
Il-korsijiet kollha jsiru fuq bażi part-time, bil-lezzjonijiet isiru darba fil-ġimgħa biss. Idea Academy diġà adottat programm imħallat għat-tagħlim qabel il-pandemija, iżda l-lezzjonijiet kollha minn dakinhar inbidlu kompletament onlajn.
“Is-sitwazzjoni attwali kienet sfida,” ikompli Dr De Bono. “Madankollu, rajna nies jikkunsidraw mill-ġdid il-karrieri tagħhom u jridu jinvestu fihom infushom. Xi wħud ilhom ifittxu bidla fil-karriera u jridu jsegwu triq li huma apposjonati għalih. Oħrajn kienu qed ifittxu li javvanzaw aktar fil-karrieri tagħhom u li jippreparaw lilhom infushom biex jitilgħu għal-livell li jmiss.”
Barra minn hekk, permezz tal-iskema Get Qualified tal-Malta Enterprise, kull min qed joqgħod u jħallas it-taxxa f’Malta jista’ jieħu 70 fil-mija tal-miżati tal-kors lura.
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ċempel 2145 6310, jew ibgħat imejl fuq info@ideaeducation.com.mt jew żur is-sit tal-Akkademja billi tagħfas HAWN.