“Flok Inġab Skip Ġie Mixħut Kollox Fit-Triq … Jien Bgħatt Kollox Lill-Pulizija” – Is-Sindku Brian Azzopardi

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, s-Sindku tar-Rabat Għawdex Brian Azzopardi qasam mas-segwaċi tiegħu sett ritratti tal-mistħija fejn xi persuni, flok ġabu skip xeħtu kollox fit triq.

Hu qal, “Flok inġab skip ... ġie mixħut kollox fit-triq! Il-kuntratturi tagħna ma jistgħux jiġbru 'construction waste' għax x'ħin imorru jarmu, jlaqqtu multi bla ħniena.”

Żied ukoll, “Jien bgħatt kollox lill-pulizija. Kuljum b' każijiet simili u agħar. Il-finanzi tal-kunsill huma limitati ħafna speċjalment meta wieħed jikkunsidra lokalità bħal Belt Victoria u mill-ftit li għandna rridu kważi nonfqu kollox biex nindirizzaw sitwazzjonijiet bħal dawn.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI