Ilbieraħ segwejna r-raba' minn ħames parteċipanti, Helen, hekk kif kien imiss lilha li tilqa' lil sħabha waqt Come Dine With Me. Wara l-ikel Helen ħasbet biex tipprepara drawwa magħrufa għalina l-Maltin u l-Għawdxin.
Id-drawwa li toħroġ il-banketta barra quddiem il-bieb, jew tpoġġi fuq l-għatba, u tilgħab il-karti. Il-parteċipanti kollha ġabitilhom xi memorja mill-passat, waqt li Fadi, li lagħabha għal-ewwel darba, għoġbitu l-idea.
Helen stess qalet li tiftakar f'kemm kienu jagħmluha fil-passat. Bosta kkummentaw u qalu l-istess ħaġa. Apparti minn hekk, ftakrt f'meta kienu jilagħbu kartil, żibeġ, boċċi, lasktu jew tappini. Ġabitilkom xi memorji?