“Ma Jimpurtax Kemm Jgħaddu Snin, Is-Sensazzjoni Li Titlef Omm Dejjem Tibqa' L-Istess” – Kevin Borg

18-il sena ilu, il-familja Borg ġarrbet telfa imprezzabbli. Kevin u ħuh tilfu lill-għażiża ommhom. Jum biss qabel kienet tiċċelebra għeluq sninha. Jum li bla ma trid iġib biss nieket u diqa. Iżda jum li bla ma trid tiftakar f'dawk il-memorji għeżież.



Kevin fuq il-midja soċjali jikteb, "Ma jimpurtax kemm jgħaddu snin, is-sensazzjoni li titlef omm dejjem tibqa 'l-istess. Mamà ħallejt din id-dinja f'dan il-jum 18-il sena ilu u għada kien ikun jum għeluq sninek. Jalla għada jkollok jum twelidek mill-isbaħ fil-ġenna. Nimmissjawk."

Kull min ġarrab xi telfa ta' xi ħadd għażiż jaf li dawn il-jiem għandhom tifsira speċjali u nibqgħu nġorruhom tul ħajjitna kollha. Kuraġġ Kevin żgur li għandek anġlu miegħek f'kull ħin.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI