Danita Camilleri B’Messaġġ Li Nagħmlu Tajjeb Jekk Nisimgħu Minnha!

Dalgħodu l-blogger Danita Camilleri minn Onechickandayorkie tatna parir li nagħmlu tajjeb jekk noqogħdu fuqu! Fil-post fuq Facebook u Instagram, Danita qalet li aħjar ngħidu kelma inqas milli waħda żejda.

View this post on Instagram

A post shared by Danita Camilleri 🇲🇹 (@onechickandayorkie) on Jul 1, 2019 at 12:30am PDT

Kif nafu, Danita se jkollha tarbija u hija xi ħaġa naturali li tibda tara tibdil fil-ġisem. Wara kollox l-omm tkun qed iġġorr persuna oħra ġewwa fiha! Fil-post kitbet li ħafna qed jgħaddulha diversi kummenti, bħal “tqawwejt sew!” jew “x’tittondja!”

Danita żiedet li kummenti bħal dawn lilha jaffettwawhiex, iżda lil ħafna persuni iva! Kummenti bħal dawn jistgħu jolqtu lil ħaddieħor u anke jweġġgħu. Mela ejja noqogħdu naqra attenti kif nitkellmu u “qis kliemek!” Kultant huwa tajjeb li naħsbu fil-konsegwenzi qabel ma nitkellmu!

View this post on Instagram

A post shared by Danita Camilleri 🇲🇹 (@onechickandayorkie) on Jun 28, 2019 at 12:40am PDT

It-tim ta’ Gwida.mt jixtieq jirringrazzja lil Danita għax b’posts bħal dawn tkun qed tagħmel ħafna ġid fil-ħajja ta’ diversi individwi! Aħna ngħidulek ibqa’ dejjem pożittiva u żomm dejjem dik it-tbissima fuq wiċċek!

Instagram / onechickandayorkie

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI