"Dak Li Ġej Minn Alla Ma Jħassru Ħadd. Mhux Kulħadd Jaċċetta Dan, Imma L-Aqwa Li Kuntent Jien" – Ivan Gaffiero Dwar Avveniment Importanti F'Ħajtu

Bħal għada, 16 ta’ Frar, il-preżentatur maħbub Ivan Gaffiero jagħlaq sena minn meta f’ħajtu sab ġawhra prezzjuża. Dan il-jum huwa avveniment meta ġrat xi ħaġa importanti għal Ivan li illum il-ġurnata għamilha uffiċjali.

Sena illu , propju fis-16 ta’ Frar , min qatt kellu jgħidli li se niltaqa’ ma’ Robert. Qatt ma kont naħseb li minn tant miljuni ta’ nies fuq Facebook, sa jsib lili, u nogħġbu jien.” Fil-fatt kien dan il-jum meta iltaqa’ mal-maħbub tiegħu u Ivan xtaq ifakkar dan il-jum u jistqarr kemm hu ferħan b’Robert f’ħajtu.

“Illum inħoss li għandi min iħobbni bħala relazzjoni u anka bħala iben . Dak li ġej minn ALLA ma jħassru ħadd. Mhux kulħadd jaċċetta dan, imma l-aqwa li kuntent jien u nara r-rispett”. Flimkien mal-messaġġ Ivan qasam anke ritratti b’għadd ta’ memorji sbieħ li għandu mal-maħbub tiegħu. 





Minn qalbna nawguralkom aktar snin ta’ ferħ, saħħa u suċċessi flimkien! Ibqgħu xerrdu l-imħabba vera! 



Ritratt: ARA HAWN

J J Chircop

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI