L-attur George Clooney għadu kif ikkonferma l-għajdut li hu ta miljun dollaru f’cash lill-14 minn sħabu. Dawn kollha kienu għenuh f’ħajtu qabel ma kien sar famuż u miljunarju.
George Clooney, li issa għandu 59 sena, spjega kif wasal biex ħa din id-deċiżjoni. Hu qal li meta ħares lura u rrifletta, irrealizza li mingħajr l-għajnuna ta’ sħabu ma kien ikollu xejn minn dan.
Hu jiftakar imur fuq sħabu u jistaqsihom: “Kif tħallas lura nies bħalkom?” Imbagħad qalilhom, “Xi tgħidu għal miljun dollaru?” U bħala sorpriża tagħhom bagalja kull wieħed b’miljun f’cash.
Fiż-żmien li tagħhom il-flus, wieħed minn sħabu kien għaddej minn żmien diffiċli u jaħdem f’bar jipprova jissapportja lill-familtu. Issa kieku int kont ħabib ta’ George Clooney… kieku x’kont tagħmel b’miljun?
Facebook/FOX29