Għalqet Sninha L-Kantanta Lokali Davinia Pace – Artista Li Bniet Karriera Stupenda Barra Minn Xtutna!

Davinia Pace

Ilbieraħ iċċelebrat għeluq sninha l-kantanta lokali Davinia Pace! Artista li għandha personalità mill-isbaħ u hi tant ferriħija u kariżmatika, mhux biss fuq il-palk.

Lil Davinia rajnieha fost l-oħrajn waqt il-Malta Eurovision fl-2013 u 2014, bil-kanzunetti Betrayed u Brand New Day rispettivament.



Fl-2016 kienet anke kantat waqt l-avveniment grandjuż lokali Isle of MTV, saħansitra quddiem aktar minn 50,000 ruħ. Illum il-ġurnata hi bniet karriera mill-aqwa fl-Amerika.



Lura fl-2022 Davinia kienet parti mill-kast fenominali ta’ Just Like That, flimkien ma’ Sarah Jessica Parker, Cynthia Nixon u Kristen Davis.



Hi kienet għamlet audition għas-serje u għażluha għax ħadu tant grazzja magħha. Hija ntgħażlet minn fost eluf waqt l-awdizzjoni.

Awguri mill-qalb Davinia!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI