“Awguri L-Oħti Ż-Żgħira. L-Ewwel Sena Bħala Mara Miżżewġa.” – L-MP Ramona Attard 

Illum tiċċelebra l-anniversarju tagħha oħt l-MP Ramona Attard. Fuq il-mezzi soċjali tagħha Ramona taqsam ritratt mill-jum tat-tieġ ta’ oħtha u tikteb messaġġ qasir. Messaġġ sinifikanti li turi l-apprezzament lejn oħtha, li minkejja d-differenzi tagħhom, tapprezza u tammiraha mmens.

Ramona Attard tikteb, “Awguri l-oħti ż-żgħira. L-ewwel sena bħala mara miżżewga. Jien u oħti differenti ħafna imma niftehmu b’ħarsa ta’ għajn. Oħti hija mara li nammira ħafna, b’mod sempliċi tasal fejn trid hi b’rispett lejn kulħadd. Inħobbok oħt.”

F’isem it-tim ta’ Gwida, nawguraw lil oħtha Kimberly u lil żewġha f’dan il-jum għażiż.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI