Il-paġna ta’ Facebook tal-Awtorità tas-Saħħa, ippubblikat iċ-ċifri tal-lum. Malta rreġistrat 138 każ ġdid ta’ Covid-19 wara li fl-aħħar 24 siegħa saru 3,248 test.
Il-gżejjer irreġistraw 128 irkupru ieħor, u b’hekk l-ammont totali ta’ rkupru tela’ għal 14,104 u n-numru ta’ każijiet attivi għal 2,640. Minn meta faqqgħet il-pandemija, Malta rreġistrat 16,999 każ u wettqet 596,138 test.
Il-gżejjer irreġistraw ukoll żewġ imwiet oħra fl-aħħar jiem: mara ta’ 80 sena u raġel ta’ 88 sena. It-tnejn mietu fl-Isptar Mater Dei. It-total ta’ mwiet f’Malta issa laħaq 255.
Il-post innotat ukoll li sal-bieraħ, 25 ta’ Jannar, ingħataw 21,172 doża tal-vaċċin lil diversi persuni b’1,463 minn dawn kienu t-tieni dożi.