Messaġġ Li L-Valur Tiegħu Ma Jiskadi Qatt – Poeżija Qasira Ta’ Riflessjoni Fil-Qalba Tal-Milied

F’mument sempliċi iżda mimli simboliżmu, Henry Zammit Cordina reġa’ qasam filmat u poeżija qasira li kien ħoloq tliet snin ilu iżda li skontu stess il-messaġġ tagħha qatt ma jiskadi. Il-filmat juri lill-Bambin Ġesù mistrieħ fit-tiben – it-tema ċentrali tal-poeżija.

Il-poeżija, b’lingwaġġ sempliċi u dirett, tistieden lin-nies tieqaf għal mument u taħseb fuq it-tifsira vera tal-Milied – mhux biss bħala festa mimlija dekorazzjonjiet u xalar imma bħala okkażjoni ta’ umiltà, mħabba u paċi. Hija tfakkira sottili li l-valuri essenzjali li ġġib magħha din il-festa jibqgħu validi minkejja ż-żmien u ċ-ċirkostanzi. Zammit Cordina jisħaq li fost id-dwal u ċ-ċelebrazzjonijiet, m’għandna qatt ninsew il-veru importanza tal-Milied: it-twelid ta’ Ġesù Bambin.



Ir-reazzjoni fuq il-midja soċjali kienet waħda pożittiva, b’ħafna segwaċi japprezzaw kemm il-messaġġ għadu relevanti anke llum. Għal ħafna, dan il-filmat serva bħala mument żgħir ta’ silenzju u riflessjoni f’perjodu ta’ spiss immarkat minn ritmu mgħaġġel u pressjoni.



F’soċjetà li kultant tinsa tieqaf u tisma’, mumenti bħal dawn ifakkruna li xi drabi messaġġ żgħir jew xbieha sempliċi bħal din il-poeżija jistgħu jwasslu għal tifsira qawwija – waħda, li jgħaddi Kemm jgħaddi ż-żmien tibqa’ ta’ valur sinifikanti. ✨



Ritratti:

Facebook/ Henry Zammit Cordina

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI