Il-Kantant tal-Grupp Maneskin, Damian David għadu kif ippropona lill-maħbuba tiegħu Dove Cameron.
Il-koppja ħadet dan il-pass importanti fir-relazzjoni tagħhom wara kważi sentejn flimkien, relazzjoni li bdiet b’mod diskret fl-2022. Dak li beda bħala ħbiberija fl-industrija tal-mużika, bil-mod il-mod evolva f’relazzjoni romantika li mal-ewwel ġibdet l-attenzjoni tal-pubbliku.
B’messaġġ qasir iżda profond, Damiano qanqal reazzjoni qawwija fuq il-midja soċjali wara li qasam sensiela ta’ ritratti intimi u romantiċi akkumpanjati bil-kliem: “Se tkun sena mill-isbaħ.”
Fir-ritratti, Damiano jidher f’mument ta’ mħabba u qrubija mal-partner tiegħu, b’dettall li ma setax jgħaddi inosservat – iċ-ċurkett tal-għerusija li jidher f’subgħajn Cameron li minnufih qajjem spekulazzjoni fost is-segwaċi li tant kienu ilhom jistennew dan il-mument.
L-aħbar qanqlet reazzjoni kbira onlajn, b’eluf ta’ segwaċi u anke ċelebritajiet oħra jesprimu x-xewqat sbieħ u jibagħtu l-awguri tagħhom lil din il-koppja maħbuba li għadha kif bdiet kapitlu ġdid mimli tama u mħabba.
Facebook/ Damiano David