Valentina Rossi qed tiċċelebra 10 snin minn meta bdiet tippreżenta fuq ir-radju, wara li qasmet story fuq instagram biex tfakkar l-ewwel passi tagħha fid-dinja tax-xandir.
Fost il-memorji li qasmet, Rossi reġgħet ippubblikat post fuq Facebook li kien kiteb 10 snin ilu żewġha, Carlo Gerada, wara l-ewwel programm tagħha. Fil-messaġġ tiegħu kien kiteb, “U hekk intom għamiltu l-ewwel show tagħkom! Prosit lilkom it-tnejn!”
“Illum nagħlaq 10 snin minn meta bdejt inkun fuq ir-radju,” kitbet Rossi. “10 snin ta’ sfidi, 10 snin ta’ eċċitament, 10 snin ta’ tagħlim u, l-aktar importanti, 10 snin ta’ tkabbir.”
Hi fakkret ukoll b’ċerta doża ta’ umoriżmu l-ewwel esperjenza tagħha fuq ir-radju. “Ma nistax nemmen kemm jgħaddi ż-żmien malajr. Niftakarha ċara ħafna, l-ewwel programm ma’ Nate u ma kellix leħen… professjonali hux?” kitbet.
Rossi kompliet tesprimi kemm tħossha grata għall-vjaġġ li għamlet sal-lum. “Inħossni mbierka li ngħatajt l-opportunità naħdem f’dan il-qasam u li ltqajt ma’ tant nies tul it-triq,” qalet.
Illum, għaxar snin wara, Rossi tinsab tippreżenta u tipproduċi programm ta’ filgħodu, flimkien ma’ tim li tiddeskrivih bħala “niese divertenti”, filwaqt li tgħid li se tibqa’ għal dejjem grata għall-fiduċja li ngħatat f’dan ir-rwol.
Prosit kbira, Valentina, għal dan it-tragward sabiħ u għal ħafna aktar snin ta’ suċċess!
Facebook / Valentina Rossi