Kristen Abela, li rebħet is-sensiela Brillanti Musicals, u li bħalissa tinsab tistudja t-Teatru Mużikali fir-Renju Unit ħabbret il-mewt tal-għażiż nannuha.
Kristen, li minkejja s-suċċess u l-impenji tagħha barra minn Malta tibqa’ dejjem marbuta mal-għeruq tagħha, esprimiet l-uġigħ u d-dieqa li qed tgħaddi minnhom f’dan il-mument diffiċli. It-telfa ta’ nannuhom hija waħda li tħalli vojt kbir fil-qalb tal-familja, speċjalment meta wieħed jitkellem fuq figura li spiss tkun sors ta’ mħabba, għerf u appoġġ tul il-ħajja kollha.
F’isem it-tim ta’ Gwida, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja kollha ta’ Kristen f’dan il-mument ta’ dieqa għall-familja kollha. Insellmu l-memorja ta’ nannuha u nittamaw li jieqaf magħhom f’dan il-mument xejn faċli għalihom.
Strieħ fil-paċi għażiż.
Facebook / Kristen Abela