Il-Kelma ‘Pastizz’ Hi Parti Mid-Dizzjunarju Oxford – B’Hekk Il-Kelma Cheesecake M’Għadx Għandha Relevanza Għall-Ikel Malti

Pastizzi Malta

Il-pastizz kiseb postu f’waħda mid-dizzjunarji l-aktar awtorevoli fid-dinja, Oxford English Dictionary. Il-kelma Maltija ġiet miżjuda propju fl-aħħar aġġornament.

Dan ġara fil-passat meta kliem bħal aljotta u bigilla sabu ruħhom fl-istess dizzjunarju. Skont l-OED, il-pastizz ġie rreġistrat għall-ewwel darba bl-Ingliż fl-1910, u jirreferi għal għaġina mielħa tipikament mimlija bl-irkotta jew piżelli bil-curry.

Id-dizzjunarju jinnota li l-ikla lokali u l-kelma waslu ferm lil hinn mill-gżejjer Maltin, u dan jirrifletti kemm qed jiżdiedu l-komunitajiet Maltin f’pajjiżi barranin bħall-Awstralja u l-Kanada.

Id-dizzjunarju jispjega li t-terminu pastizz joriġina minn kelma Maltija tas-seklu 18, x’aktarx derivata mit-Taljan pasticcio jew mill-Isqalli, pastizzu, li t-tnejn ifissru torta.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI