“Qabel Il-Konkors, L-Explosive Ordnance Disposal (EOD) Unit Tal-Forzi Armati Ta’ Malta Wettqet Tfittxija Sħiħa Ta’ Sigurtà Fil-Post.” – AFM

MESC FL-MFCC

Fuq il-paġna Armed Forces of Malta (AFM), inxtered ritratt minn Ta’ Qali, fejn l-iskwadra tal-Explosive Ordnance Disposal (EOD) Unit kienet preżenti biex tassigura li m’hemm l-ebda periklu jew theddid fl-MFCC u l-madwar.

“Imma konna hemm… anke jekk ma rajtuniex! Qabel il-konkors, l-Explosive Ordnance Disposal (EOD) Unit tal-Forzi Armati ta’ Malta wettqet tfittxija sħiħa ta’ sigurtà fil-post. Dawn l-operazzjonijiet jinvolvu kontrolli sistematiċi u spezzjonijiet dettaljati, li huma essenzjali biex tiġi żgurata s-sigurtà ta’ dawk kollha preżenti, l-udjenza, l-artisti u l-ħaddiema.”

Il-Forzi jifirħu lill-parteċipanti kollha tal-Malta Eurovision Song Contest għat-talent u d-dedikazzjoni li tant urew, u jawguraw anke lir-rebbieħ, AIDAN.

Prosit u Grazzi lil dawn l-eroj tagħna!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI