“Is-Sindku Għamel Kuntatt Mas-Sindku Massimiliano Valentino Conti U Mal-Kunsillier Aldo Gesuè Allia Biex Jesprimi S-Simpatija U Joffri L-Għajnuna Meħtieġa.”

Taqa' l-art fi Sqallija

Ilbieraħ diversi siti esprimew tħassib kbir dwar frana estensiva li ilha taffettwa ż-żona ta’ Niscemi għal dawn l-aħħar għaxart ijiem u li issa tidher li ma tistax tieqaf. L-agħar parti hi li ċediet l-art u spiċċaw ċedew anke djar.

Il-paġna Kunsill Lokali – Għarb esprimiet simpatija għal dak li għaddejjin minnu fi Sqallija wara dan id-diżastru li seħħ.

“Il-Kunsill u l-komunità tagħna jingħaqdu mal-amministrazzjoni u r-residenti tal-belt imsieħba tagħna, Niscemi, wara d-diżastru li seħħ f’pajjiżhom.”

Il-kunsill ikompli, “F’dan il-mument diffiċli ninsabu qrib tagħhom bit-talb u s-solidarjetà tagħna. Is-Sindku għamel kuntatt mas-Sindku Massimiliano Valentino Conti u mal-Kunsillier Aldo Gesuè Allia biex jesprimi s-simpatija u joffri l-għajnuna meħtieġa.”

Xerrdu aktar ritratti li juru dak li ġara ġewwa Niscemi fl-aħħar jiem.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI