Żewġ bombshells ġodda waslu fil-villa ta’ Love Island Malta u jidher li d-dinamika tad-dar se tkun qed tinbidel mhux ħażin! Anna Paola u Walid huma l-aħħar parteċipanti li daħlu fil-programm, u diġà qed jiġbdu ħafna attenzjoni kemm mill-islanders kif ukoll mit-telespettaturi.
Mill-ewwel mumenti tagħhom fil-villa, iż-żewġ bombshells taw impressjoni qawwija u ma dehrux li ġew biex joqogħdu lura. Anna Paola, li għandha għeruq Taljani u Chile, diġà bdiet toħloq ftit kurżità fost l-irġiel, filwaqt li Walid daħal b’kunfidenza kbira u lest biex “iħawwad” il-villa.
Naturalment, id-dħul tagħhom jista’ jfisser problemi għal xi koppji li kienu qed jidhru qed jistabilixxu ruħhom. B’konnessjonijiet ġodda possibbli, l-għira u drama mistennija jiżdiedu, il-mistoqsija issa hija waħda: Anna Paola u Walid se jkunu qed ibiddlu kompletament il-logħba ġewwa l-villa?
Facebook / Love Island Malta