Illum hi ġurnata li bla dubju ġġib ħafna memorji għall-preżentatriċi Maria La Barokka Muscat. Huwa jum twelid ommha, li llum il-ġurnata qiegħda tħarisha minn hemm fuq.
Maria tesprimi kemm tħoss in-nuqqas tagħha kuljum. “Għażiża Mamà Polly Muscat kieku llum tagħlaq sninek. Mummy nimmissjak u nsemmik kuljum. Itlob għalina…”
Maria tkompli billi ssemmi dik il-ġurnata meta terġa’ tiltaqa’ magħha. “Inħobbok ħafna Ma,” tagħlaq il-messaġġ Maria. Qasmet ritratti memorabbli flimkien ma’ ommha u bintha.
Insellmu l-memorja ta’ omm Maria.