Illum tiċċelebra għeluq sninha l-attriċi bravissima Tessie Fedele. Lil Tessie m’għadniex narawha daqstant illum il-ġurnata fix-xena lokal, iżda l-karattri li ħadmet matul is-snin baqgħu maħbuba.
Lura fis-snin rajnieha f’produzzjonijiet televiżivi popolari fosthom Dun Benit, Il-Madonna taċ-Ċoqqa, Déjà Vù, u fuq kollox, Dejjem Tiegħek Becky. Nistgħu ngħidu li l-karattru ta’ Cecille waqt Dejjem Tiegħek Becky jibqa’ wieħed partikolari immens.
Ċertament li kien jirnexxielha tnissel tbissima fost it-telespettaturi. Tistgħu terġgħu issegwu lil Cecille fuq is-sit uffiċjali ta’ Eileen Montesin fejn hemm l-istaġuni kollha ta’ Becky.
Awguri mill-qalb Tessie! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!
Youtube/ DivertimentMalti/ DéjàVu – Sigla 2