“Dilettant Malti Jġib Unur Lil Pajjiżna F’Kompetizzjonijiet Internazzjonali Tal-Għasafar” – L-MEP Alex Agius Saliba

Waqt li kien qed iħabbat il-bibien f’Birkirkara, l-MEP Alex Agius Saliba, iltaqa’ ma’ Colin: il-President tal-Malta Cage Birds Association u dilettant magħruf sew fil-qasam tat-tnissil u t-trobbija tal-għasafar. Matul is-snin, Colin irnexxielu jakkwista diversi premijiet internazzjonali u b’hekk kompla jqiegħed lil Malta fuq il-mappa f’dan il-qasam speċjalizzat.

Il-passjoni tiegħu lejn l-għasafar bdiet snin ilu, iżda b’dedikazzjoni, paċenzja u impenn kontinwu, huwa rnexxielu jilħaq livelli għoljin ferm. F’kompetizzjonijiet barra minn xtutna, Colin mhux biss ipparteċipa iżda ta’ spiss irritorna Malta b’unuri u trofej li jixhdu l-ħila u l-professjonalità tiegħu.



Is-suċċess tiegħu jirrifletti primarjament fuq komunità ta’ dilettanti tal-għasafar f’Malta: nies dedikati li b’imħabba kbira lejn dan il-passatemp qed jagħmlu ġieħ lil pajjiżna. It-trobbija u t-tnissil tal-għasafar jitlob għarfien, kura u attenzjoni kbira u Colin jibqa’ eżempju ċar ta’ kemm id-dedikazzjoni tista’ twassal għal riżultati straordinarji.





Ritratti:

Facebook/ Alex Agius Saliba

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI