Rabja Kbira Hekk Kif Miljuni Ta’ Klieb Li Jgħixu Fit-Triq Mistennija Jinqatlu Bi Preparazzjoni Għat-Tazza Tad-Dinja Tal-2030

Diversi rapporti internazzjoni qed jallegaw li ġewwa l-Marokk qed jinqatlu u ser jinqatlu aktar klieb mit-toroq bi preparazzjoni għall-World Cup 2030. Organizzazzjonijiet tad-Drittijiet tal-Annimali qed isostnu li l-metodi krudili li bihom qed jinqatlu dawn il-klieb jinkludu fost l-oħrajn valenu u sparar b’arma tan-nar. Bosta rapporti oħra qed jgħidu li eluf kbar ta’ klieb tpoġġew f’vannijiet bojod fejn ittieħdu f’fabbriki biex jiġu maqtula hemm.

IAWPC qalu l-Marokk għandhom tendenza ta’ dan it-trattament krudili fir-rigward tal-annimali fit-triq meta jkunu ser jospitaw xi avveniment fuq skala globali. Qalu wkoll lil għalkemm il-FIFA ma ordnatx din il-moħqrija, qiegħdha tiffaċilitaha permezz li għażlu lil dan il-pajjiż biex jospita din il-kompetizzjoni.

Huwa maħsub li madwar 3 miljun kelb jgħixu fit-toroq tal-Marokk. 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI