“Kieku L-Irġiel Kollha Kienu Bħalek, Kieku Id-Dinja Tkun Post Ħafna Iktar Ġentili.” – Clive Piscopo

L-attur lokali Clive Piscopo jawguraw lil missieru l-isbaħ xewqat f’dan il-jum għażiż. Hu jgħid, “Happy Birthday Papà. Kieku l-irġiel kollha kienu bħalek, kieku id-dinja tkun post ħafna iktar ġentili. Flimkien mal-mummy, int mhux biss rabbejtni imma ggwidajtni f’ħafna mumenti u deċiżjonijiet importanti f’ħajti.”

Hu jżid, “Wara das-snin kollha, għadek sal-lum punt ta’ riferiment importanti ħafna għalija. Dak kollu li naf dwar il-lealtà, ir-responsabbiltà, l-għaqal, il-ġentilezza, u kif wieħed jibqa’ wieqaf f’mumenti diffiċli, ġej minn kif rajtek tgħix ħajtek. Filfatt, l-isbaħ lezzjonijiet tiegħek ma kellhomx bżonn ħafna kliem … imma nispera li taf kemm iffurmawni f’min jien illum.”



Clive jkompli, “Iktar ma nikber, iktar qed nifhem u napprezza s-sagrifiċċji tiegħek u s-saħħa kwieta li biha ssapportjajt ħafna lill-familja tagħna. Dejjem nittama li b’xi mod nagħmel l-istess jien u nitlob li imqar inkun nofs ir-raġel li int.”



Hu jtemm jgħid, “Nittama li nagħmlek kburi daqs kemm jiena bik. Iż-żmien jgħaddi, papa’. Imma serraħ rasek li dak li tajtni ma jintefa’ qatt. Inħobbok / inħobbuk ħafna, king.”



Ritratti:

Facebook / Clive Piscopo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI