Permezz ta’ kitba fuq il-paġa tagħhom Kummissjoni Festa Esterna Fgura A.D 1993 sellmu l-memorja ta’ Ġemma Carabott li ħalliet din id-dinja riċentament.
Huma qalu, “Il-Kummissjoni Festa Esterna Fgura A.D. 1993 turi s-sogħba tagħha għat-telfa ta’ Ġemma Carabott. Ġemma kienet waħda mill-ġirien storiċi tal-Maħzen fi Triq il-Karmelitani u nirringrazzjaw ‘l Alla li minkejja l-età sabiħa, gawdejnieha għal ħafna snin. B’għafsa ta’ qalb noffru l-kondoljanzi lill-familjari li tant ħabbewha u nitolbu għal ruħha. Il-Mulej jagħtiha l-mistrieħ ta’ dejjem.”
Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari kollha. Tistrieħ fis-sliem.