Appati preżentatriċi mill-aqwa, Clare Agius hi attriċi brillanti, li jirnexxielha toħroġ kull emozzjoni u taħdem kull karattru b’mod eċċezzjonali.
Fost il-produzzjonijiet li kienet parti minnhom hemm il-film Malti, Uwijja, li ħareġ lura fl-2022. FIlm li jirrappreżenta diversi ċirkostanzi reali.
“Xena tal-biża’ li l-ġenituri tal-adolexxenti jifhmuha sew. Hija reali għalina l-ġenituri imma possibilment ‘Uwijja’ għalihom… Ibeżżagħna dan il-mument fil-ħajja reali li uliedek ma jiġux id-dar u ma jwiġbux il-mobile.”
Prosit lill-atturi u lit-tim kollu li kien parti minn dan il-film realistiku u li jwassal messaġġi importanti.