Il-gżejjer Maltin dalwaqt jerġgħu jeqilbu għall-ħin tas-sajf, bidla li ġġib magħha serati ftit aktar twal u sens li s-sajf qed jersaq aktar qrib.
Nhar il-Ħadd 30 ta’ Marzu, il-ħin se jimxi ’l quddiem b’siegħa. Meta l-arloġġi jimxu mis-2:00 għat-3:00. Għalkemm dan ifisser li nitilfu siegħa rqad, ifisser ukoll aktar dawl matul il-ġurnata u filgħaxija. Għal ħafna nies f’Malta, din il-bidla hija sinjal ċar li x-xitwa waslet biex tintemm u li l-istaġun tas-sajf qed jibda jidher fuq l-orizzont.
Ix-xemx tibda tinżel aktar tard, aktar nies jibdew iqattgħu ħin barra wara x-xogħol, kemm jekk għal xi mixja mal-baħar, biex jiltaqgħu mal-ħbieb għal drink, jew biex igawdu ikla barra. Dan huwa wkoll iż-żmien meta l-pjanijiet għal serata ħdejn il-baħar, u bbq isiru aktar frekwenti u postijiet mal-baħar jerġgħu jimtlew bil-ħajja.
Anke jekk it-temp tar-rebbiegħa kultant jista’ jkun kemxejn imprevedibbli, il-bidla tal-ħin normalment timmarka l-mument meta l-ħajja f’Malta tibda terġa’ tmur aktar lejn barra.
Għalhekk, anke jekk titlef siegħa rqad, tikseb xi ħaġa ferm aħjar, serati itwal, aktar xemx u sinjal ċar li s-sajf mhux ’il bogħod.