“Missjoni Waħda: Li Tfakkar Lil Dawk Li Jinsabu L-Ħabs Li Xorta Bnedmin B’Dinjità” – Sr Maria Adele Baldacchino Tingħata Ġieħ

Sr Maria Adele Baldacchi

Fuq il-paġna uffiċjali ta’ Malta Corretional Services Agency, inkiteb messaġġ għal Sr Maria Adele Baldacchino, li tkun hemm għal dawk kollha li qed jiskontaw is-sentenza tagħhom ġewwa Kordin. Hi tkun ta’ appoġġ, tama, u kuraġġ għalihom f’dan il-perjodu iebes.

Sr Maria Adele rebħet anke premju b’apprezzament lejn il-ħidma prezzjuża tagħha.

“Għal għexieren ta’ snin hija għaddiet mill-gradi tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin b’missjoni waħda: li tfakkar lil dawk li jinsabu l-ħabs li xorta bnedmin b’dinjità, tama, u l-possibbiltà ta’ bidla. Permezz tas-smigħ, il-kompassjoni, u l-preżenza kwieta, hija saret sors ta’ faraġ għal ħafna li ħassewhom minsija. Għal għadd kbir ta’ persuni fil-ħabs, hija ma kinitx biss viżitatriċi. Kienet omm.”

Prosit Sr Maria Adele tal-ħidma kbira li dejjem wettaqt.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI