“Awguri Doppji Għażiża Tracy… Għal Jum Il-Mara U Fuq Kollox Għal Għeluq Sninek!” – L-MP Robert Cutajar

Tracy Cutajar

Illum tiċċelebra għeluq sninha Tracy Cutajar, mart il-Membru Parlamentari u preżentatur Robert Cutajar. Robert kitbilha messaġġ mill-qalb għall-okkażjoni.

“Awguri doppji għażiża Tracy… Għal Jum il-Mara u fuq kollox għal għeluq sninek! Grazzi tas-sapport u l-imħabba li dejjem tagħtina.”

Robert ikompli jikteb, “Jien u uliedna napprezzaw ħafna l-impenn, id-dedikazzjoni u s-sagrifiċċji li tagħmel kuljum b’risq il-familja tagħna.”

Jawguralha “saħħa u aktar saħħa” u kulma tixtieq qalbha. Qasam anke ritratti tagħhom flimkien u mal-familja sabiħa tagħhom.

Awguri mill-qalb Tracy f’isem it-tim ta’ Gwida.mt!







Ritratti:

Facebook/ Robert Cutajar

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI