Il-Kunsillier ta’ San Pawl il-Baħar Anthony Delia qasam messaġġ ħelu u sinifikanti hekk kif illum il-familja Delia qed tiċċelebra għeluq l-20 sena ta’ Julia.
Fil-messaġġ li qasam fuq il-midja soċjali, Delia rrakkonta li dawn il-jiem huma mimlijin ċelebrazzjonijiet fil-familja tagħhom, hekk kif ftit jiem ilu wkoll iċċelebraw għeluq snin Tyron Lee Delia, it-tifel il-kbir.
“Iżda llum imiss lil Julia” – tenna Delia hekk kif iddeskrivieha b’umoriżmu u mħabba bħala “iż-żgħira”. “Mhux ta’ b’xejn bqajt iz-żgħira, għax bil-Malti jgħidu kellek qilla kbira,” kiteb Delia b’tbissima, waqt li rrefera għat-temperament enerġetiku u determinat ta’ bintu.
Fil-messaġġ tiegħu, huwa esprima wkoll ix-xewqa tiegħu li din il-qilla tibqa’ karatteristika pożittiva fil-ħajja tagħha.“J’Alla li dik il-qilla tibqa’ fik bil-għan li tgħin lil ħaddieħor u tgawdi l-ħajja ma’ l-għeżież tiegħek,” żied jgħid.
Bosta segwaċi ingħaqdu wkoll biex jawguraw lil Julia, filwaqt li xtaqulha futur mimli suċċess, ferħ u mumenti sbieħ mal-familja tagħha.
Facebook/ Anthony Delia