Il-kantanta u attriċi Maltija Alexia Micallef qed tiċċelebra għeluq sninha llum, u f’dan il-jum speċjali rċeviet messaġġ mimli mħabba u kburija mill-ġenituri tagħha.
F’messaġġ emozzjonanti li qasmu, huma fakkru l-jum li fih twieldet Alexia, jum li qalulha li qatt ma se jinsew. Huma kitbu, “12 ta’ Marzu 2003 kienet ġurnata li żgur nibqgħu niftakru… żammejniek f’idejna għall-ewwel darba.”
Il-ġenituri tagħha komplew jesprimu kemm huma kburin bil-mixja li qed tagħmel, u ħeġġewha biex tibqa’ timxi wara l-ħolm tagħha. Fil-messaġġ tagħhom qalulha, “Kburin bik. Ibqa’ aħdem fuq dak li dejjem ħlomt għalih, il-bambin żejjnek b’ħafna talenti sbieħ.”
Huma assigurawha wkoll li l-appoġġ tagħhom se jibqa’ dejjem hemm, irrispettivament mill-isfidi li tista’ tiltaqa’ magħhom. “Se ssibna dejjem warajk,” kitbu fil-messaġġ tagħhom.
Fl-istess ħin fakkruha biex tibqa’ żżomm il-valuri li trabbiet bihom, u żiedu jgħidu, “Ibqa’ dik it-tfajla umli u ta’ ħulija.” Il-messaġġ intemm b’awguri sinċieri lil Alexia f’dan il-jum speċjali, “Awguri Alexia illum f’għeluq sninek.”
Alexia ilha tagħmel passi importanti fix-xena mużikali lokali, u l-appoġġ kontinwu tal-familja tagħha jidher li hu wieħed mill-pilastri li jżommha motivata biex tkompli ssegwi l-passjoni tagħha għall-mużika u wkoll għat-teatru.
Facebook / Alexia Micallef