Bil-Filmat Il-Preżentaturi Ta’ Mużika Mużika B’Reazzjonijiet Dwar Il-Kanzunetti Ta’ Mużika Mużika

Preżentaturi Mużika Mużika

Il-preżentaturi ta’ Mużika Mużika Keith Demicoli, Ira Losco, Jacqui Losco u Jamie Cardona rnexxielhom jgħelbu ftit il-kurżità hekk kif semgħu il-kanzunetti li qed jipparteċipaw din is-sena.

Fil-filmat li qasam it-tim fuq il-midja soċjali nistgħu naraw xi reazzjonijiet tal-preżentaturi. Xi kanzunetti jidhru li qanqluhom, oħrajn inħasset l-enerġija tagħhom, u bla dubju li setgħu japprezzaw diversi vuċijet sbieħ bit-teknikalitajiet tagħhom.

Araw daqsxejn x’qalu l-preżentaturi u r-reazzjonijiet tagħhom. Is-serati ta’ Mużika Mużika ser isiru fid-19, 20 u 21 ta’ Marzu fejn ser inkunu qed nisimgħu total ta’ 16-il kanzunetta.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI