Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Oliver Scicluna qasam mas-segwaċi tiegħu messaġġ importanti li tajjeb wieħed jifhmu.
Hu qal, “De La Salle College organizzaw Career Expo, fejn anke aħna bħala Aġenzija Sapport ħadna sehem. Inizjattiva li hija importanti għall-istudenti biex jifmu sew x’hawn hawn barra f’sens ta’ karriera. Fost l-oħrajn stiednu lill-Prim Ministru u lill-Kap tal-Oppożizzjoni biex jinteraġixxu mat-tfal. Hemm min ma qabilx iżda nistaqsi;
1) X’fiha ħażin li t-tfal jiltaqgħu mal-mexxejja ta’ pajjiżna?
2) X’fiha ħażin li l-mexxejja tagħna ukoll kellom iċ-ċans jitgħallmu mit-tfal?
3) X’hemm differenti minn meta skola tistieden lili u nies oħra biex naqsmu esperjenzi ta’ ħajjitna mat-tfal? Mhux l-ewwel darba nkun mistieden u nattendi.
4) Qed nagħmlu lill-politiċi ta’ pajjiżna daqshekk tabu li jidħlu fi skola u jitkellmu mat-tfal u żgħażagħ?
5) Qed ngħidu issa li politiku jrid jingħalaq ġol-uffiċju u ma jmur imkien?”
Temm jgħid, “Forsi iva xi kultant we over expose lill-politiku bil-kameras, iżda nemmen li dik għażla tal-politiku. Daqs tant nemmen li għalkemm juruna fejn imorru ċert li jmorru f’ħafna postijiet fejn jiltaqgħu ma’ familji etċetra mingħajr kameras. Iżda wara kollox nifhem li fid-dinja tal-llum kulħadd iwaddab fuq il-midja soċjali mhux jagħmlu xi dnub li jagħmlu hekk wara kollox bħalma nagħmlu aħna ċ-ċittadini. Niddikjara li jien ex student ta’ De La Salle, Kulleġġ li dejjem tana l-aqwa u l-isbaħ esperjenzi. Ibqgħu sejrin hekk Lasallians.”
Facebook/Oliver Scicluna