Żgħażagħ Għall-Bidla: Inizjattiva Ġdida Biex Tagħti Vuċi Liż-Żgħażagħ

Żgħażagħ għall-bidla

L-għalliem Luke Fenech nieda inizjattiva ġdida mmirata biex toħloq spazju attiv u kostruttiv għaż-żgħażagħ Maltin, bl-isem Żgħażagħ għall-Bidla.

Luke spjega li l-għan ewlieni tal-grupp huwa li jiġbor flimkien żgħażagħ li għandhom passjoni għall-attiviżmu u x-xewqa li jikkontribwixxu b’mod konkret għas-soċjetà.



Il-grupp se jorganizza serje ta’ laqgħat u workshops li jiffukaw fuq temi differenti li jolqtu direttament liż-żgħażagħ. Wara kull sessjoni, se jinħadem rapport li jiġbor il-ħsibijiet u s-suġġerimenti li joħorġu mid-diskussjonijiet, inklużi proposti.



L-ewwel avveniment ta’ Żgħażagħ għall-Bidla se jsir fit-8 ta’ April fis-Sala tal-Kunsill Lokali tal-Mosta. Din il-laqgħa inizjali se tiffoka fuq is-sistema edukattiva.

Araw aktar f’dan il-filmat t’hawn taħt kif ukoll fuq il-paġna uffiċjali ta’ Facebook jew Instagram.



Ritratti:

Facebook/ Żgħażagħ għall-Bidla

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI