“Jurina Kif Tidher Id-Dinja Meta Tħares Lejha Mill-Bogħod. Ebda Fruntieri, Ebda Naħa, Ebda Razza U Ebda Tikketti.” – Dr. Nicholas Briffa

Qamar

Dr. Nicholas Briffa għadu kemm qasam diversi ħsibijiet li ħareġ minn ritratt meħud minn astronawta li juri l-ġmiel tal-qamar.

“Xi ġmiel! Dan ir-ritratt, meħud minn viċin il-qamar mill-astronawti tal-Artemis, jurina kif tidher id-Dinja meta tħares lejha mill-bogħod. Ebda fruntieri, ebda naħa, ebda razza u ebda tikketti.”

Jiġbed l-attenzjoni ta’ diskors li sar fl-aħħar sigħat li ma jgħin xejn biex ilkoll nuru kemm napprezzaw il-pjaneta tagħna.

“U forsi, waqt li napprezzaw lilna nfusna u dak li bnejna, irridu wkoll nitgħallmu napprezzaw kemm aħna żgħar quddiem din l-immensità. Dak is-sens ġenwin ta’ kemm m’aħna xejn ifakkarna kemm kollox hu delikat.”

Dr Nicholas jikteb kemm ritratt bħal dan ifakkar fl-importanza li jkollna perspettiva.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI