Il-pjattaforma soċjali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta ttella’ tfakkira li għada fil-knisja kattolika tiġi ċċelebrata l-Ħniena Divina. Din hija festa tassew speċjali li tfakkar l-imħabba bla kundizzjoni ta’ Ġesu, fejn fiha mistiedna sabiex nersqu għal qrara u maħfra.
“Għada l-Knisja tiċċelebra b’mod iktar speċjali l-Ħniena Divina, festa li tfakkarna fl-imħabba bla tarf tal-Mulej u li tistedinna nersqu lejn il-maħfra tiegħu. Din hija silta minn Kelma bejn Tnejn dwar il-Qrar ma’ Fr Jimmy Bonnici.”
Ara din it-taħdita interessanti dwar is-sagrament tal-qrar u s-sens ta’ ħtija li għandna tendenza nsawwtu lilna nfusna bih, u l-oriġini ta’ dan is-sagrament.