Preżentazzjoni Tat-Trabi Lill-Kurċifiss Mirakoluż Ta’ Ġieżu

tberik tat-trabi

Fl-okkażjoni tal-festa tas-Sejba tas-Salib Imqaddes, nhar is-Sibt 2 ta’ Mejju Il-Patrijiet Franġiskani tal-Knisja Santa Marija ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu), flimkien mal-Arċikonfraternità tas-Santissimu Kurċifiss tal-Belt Valletta, qed jilqgħu applikazzjonijiet mingħand ġenituri jew kustodji sabiex, fl-okkażjoni tal-festa tas-Sejba tas-Salib Imqaddes, issir preżentazzjoni tat-trabi quddiem ix-xbieha tal-Kurċifiss Mirakoluż.

Nhar is-Sibt 2 ta’ Mejju se tiġi ċċelebrata quddiesa fid-09:00 li ser tkun ddedikata għal din l-okkażjoni, u wara ssir il-preżentazzjoni tat-trabi. Kull tarbija tingħata ċertifikat tal-okkażjoni, flimkien ma’ santa bit-tajjara mimsusa mal-istess xbieha.

Din iċ-ċerimonja attirat ħafna ġenituri matul l-aħħar snin; għalhekk qed nitolbu lil dawk interessati sabiex jibbukkjaw minnufih, peress li l-postijiet huma limitati.

Tistgħu tapplikaw billi ssegwu l-mezzi soċjali tal-Knisja u tal-Arċikonfraternità, fejn issibu d-dettalji kollha meħtieġa.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI