Attivisti Jpoġġu Pirmli Tal-Abort Madwar Malta U Jħeġġu N-Nisa Maltin Biex Imorru Jużawhom

Attivisti minn għaqda li b’mod kontinwu tiġġieled sabiex l-abort isir legali f’pajjiżna poġġew pirmli tal-abort f’diversi postijiet madwar Malta u Għawdex.

Ftit jiem ilu, l-attivisti tal-għaqda Women On Waves tellgħu filmat fuq il-pjattaforma ta’ YouTube fejn fiha jidhru qiegħdin iqiegħdu dawn il-pirmli f’postijiet differenti filwaqt li jħeġġu lin-nisa Maltin li għandhom inqas minn 9 ġimgħat tqal u jixtiequ jagħmlu abort sabiex jikkuntattjawhom ħalli huma jkunu jistgħu jagħtuhom id-dettalji ta’ fejn jinsabu dawn il-pirmli.



Fuq is-sit onlajn tagħha, l-għaqda tkellmet ukoll dwar dan u fi kliemha argumentat li pajjiżna għandu jfittex li jagħmel l-abort legali “għaliex huwa l-uniku wieħed fl-Unjoni Ewropea li għadu m’għamilx dan”.



Intant, it-tqegħid ta’ dawn il-pirmli f’postijiet differenti madwar Malta u Għawdex qanqal kontroversja b’mod partikolari fuq il-midja soċjali.

Dan hekk kif dawk li ma jaqblux mal-abort fissru d-diżappunt tagħhom għall-aġir tal-attivisti. Min-naħa ‘l oħra, dawk li huma favur l-abort lissnu kliem ta’ tifħir.

Intom x’taħsbu dwar dan?



Ritratti:

Pexels u YouTube / Women On Waves

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI