Madwar bosta pajjiżi Ewropej illum, il-15 t’April, qed issir maratona tal-ispeed fejn bil-għan li s-sewwieqa jiġu mħeġġa jsuqu b’veloċitajiet iżjed responsabbli, għal dan il-jum qed jiżdied l-infurzar fit-toroq permezz tal-ispeed guns.
Pajjiżna kien fost dawk li ħa sehem f’dan il-jum iddedikat għal sewqan responsabbli.
Fil-fatt illum seta’ jiġi osservat li fit-toroq Maltin żdiedet il-preżenza tal-uffiċjali tal-Pulizija jinfurzaw il-limiti tal-veloċitajiet bl-ispeed guns.
Fuq il-midja soċjali ġie spjegat li l-għan ta’ dan l-infurzar fil-jum iddedikat proprju lejn is-sewqan responsabbli hu proprju li s-sewwieqa jintebħu bil-perikli li s-sewqan eċċessiv iġib miegħu u kif dan jista’ saħansitra jipperrikola l-ħajja tal-bniedem.
Facebook / Malta Police Community Cohesion Team