Papa Ljun XIV Jiddenunzja L-Mexxejja Li Qed Jonfqu L-Biljuni Fil-Gwerer

Il-Papa Ljun XIV issokta bil-kundanna tiegħu lejn dawk kollha li qed jippromwovu l-gwerra hekk kif din id-darba ddenunzja lil dawk il-mexxejja li qed jinvestu l-biljuni fil-gwerra; mexxejja li hu ddeskriva bħala “tiranni”.

Fid-diskors tiegħu l-Mexxej tal-Knisja Kattolika tkellem dwar l-ironija li filwaqt li qed jinstabu l-biljuni sabiex jintefqu fil-gwerra li tikkawża biss qtil u distruzzjoni, min-naħa ‘l oħra, mhumiex jinstabu flus sabiex jiġu allokati għal skopijiet umanitarji li jħallu biss ġid fosthom skejjel u sptarijiet.

Il-Kap tal-Vatikan kompla jirrimarka li Kristu nnifsu jikkundanna lil dawk li jużaw ir-reliġjon, jew agħar minn hekk, l-isem t’Alla nnifsu sabiex jilħqu l-għanjiet militari tagħhom.

Papa Ljun XIV tenna dan il-kliem waqt konferenza tal-paċi li nieda fil-Kamerun hekk kif bħalissa jinsab fir-raba’ jum tal-ewwel vjaġġ appostoliku tiegħu li hu għażel li jkun f’għadd ta’ pajjiżi foqra fl-Afrika minflok f’art twelidu, fl-Amerka.







Ritratti:

Facebook / MMI News

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI