“Kburin Bik!” – Maronia Gray Tifraħ Lil Binha Liam Gray Wara Rebħa Internazzjonali

Aħbar pożittiva għal Malta hekk kif Liam Gray kiseb suċċess importanti barra minn xtutna, meta rebaħ kompetizzjoni internazzjonali tal-mużika u poġġa lil pajjiżna fl-ewwel post.



L-aħbar tħabbret b’entużjażmu kbir minn ommu Maronia Gray, li permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali esprimiet kemm hi kburija bil-kisba ta’ Liam. Hija kitbet li huma “kburin immens” bih u ħeġġitu biex jibqa’ jsegwi dak li jħobb jagħmel l-aktar.



Liam, li huwa iben il-kantant lokali Lawrence Gray, jidher li qed jimxi fuq il-passi ta’ missieru u diġà qed jagħmel isem għalih innifsu fix-xena mużikali. Fil-messaġġ tagħha, Maronia rringrazzjat ukoll lil dawk li għenu biex dan is-suċċess ikun possibbli, fosthom Masquerade, Dorothy Bezzina u Manolito Galea, li taw is-sapport u l-gwida tagħhom tul il-vjaġġ.



Din il-kisba tkompli turi t-talent li għandna f’pajjiżna u kif anke artisti żgħażagħ Maltin jistgħu jispikkaw fuq livell internazzjonali meta jingħataw l-opportunità t-tajba. Bla dubju, futur sabiħ jidher quddiem Liam hekk kif ikompli jsegwi l-passjoni tiegħu għall-mużika u jġib aktar suċċessi lejn Malta.

Min jaf jekk għadx fil-futur qarib narawhx jagħmel dwett ma’ missieru?

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI