Jitqajjem Dibattitu Dwar L-Iskultura L-Ġdida Msejħa ‘Wieħed’ Ġewwa X-Xwejni Għawdex

Skultura ġdida mill-artist Għawdxi Austin Camilleri għadha kif sabet postha f’wieħed mill-aktar inħawi naturali u mhux mittiefsa ta’ Għawdex, Ras ir-Reqqa, ġewwa x-Xwejni. Imsejħa “Wieħed”, din il-biċċa arti bħalissa qed tqajjem diskussjoni b’taħlita ta’ kummenti differenti fost il-pubbliku.

Il-figura – li tieħu forma ta’ żiemel bi tmien saqajn – tispikka b’mod qawwi kontra l-irdumijiet u l-baħar miftuħ taż-żona. Il-kunċett tagħha jħallat stil klassiku ma’ interpretazzjoni moderna u astratta bl-għan li jwassal riflessjoni fuq l-identità, l-istorja u r-relazzjoni bejn il-bniedem u l-ambjent tiegħu.

Din l-installazzjoni hija parti minn inizjattiva nazzjonali biex aktar arti kontemporanja tieħu l-ħajja anke barra u titpoġġa f’postijiet pubbliċi. Fil-fatt, il-proġett kien wieħed minn erba’ li ntgħażlu wara sejħa għall-arti li saret snin ilu, bil-għan li tissaħħaħ il-preżenza kulturali f’Għawdex.



Madankollu, mhux kulħadd laqagħha b’idejh miftuħa. Il-fatt li l-iskultura tinsab f’żona ODZ u anke f’sit Natura 2000 – magħruf għall-valur ambjentali tiegħu – qajjem kritika qawwija. Saħansitra entitajiet bħal l-Awtorità tal-Ambjent kienu esprimew tħassib dwar kemm din l-opra taqbel mal-pajsaġġ naturali.



Anke fuq il-midja soċjali, diversi vuċijiet esprimew opinjonijiet kontrastanti. Min-naħa l-oħra, hemm min qed jara dan il-pass bħala tentattiv biex l-arti titħallat aktar mal-ħajja ta’ kuljum u mal-ispazji naturali, anke jekk dan ifisser li tmur ftit lil hinn mill-kumdità tagħna.



Ritratti:

Facebook/ Austin Camilleri Studio

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI