Miriana Conte B’Kollaborazzjoni Mal-Kantanti Internazzjonali Evangelia U Kiki

Il-kantanta Maltija Miriana Conte qed tkompli tespandi l-karriera tagħha fuq livell internazzjonali hekk kif ħadet sehem f’kanzunetta ġdida flimkien ma’ żewġ artisti barranin magħrufa. Il-kanzunetta, bl-isem PARÉA, ġiet rilaxxata f’nofsillejl u hija kollaborazzjoni ma’ Evangelia Psarakis, magħrufa artistikament bħala Evangelia, u Petra Gavalas, li tuża l-isem Kiki.



Evangelia hija artista ma’ Sony Music u diġà kellha suċċess internazzjonali b’tours fir-Renju Unit, l-Istati Uniti u l-Awstralja, filwaqt li ppruvat ukoll tirrappreżenta lill-Greċja fil-Eurovision Song Contest. Min-naħa tagħha, Kiki, kantanta Griega-Finlandiża, għandha repertorju mużikali estensiv u kienet ukoll fost dawk li ppruvaw jirrappreżentaw lil Finlandja fil-Eurovision Song Contest 2026. Il-kanzunetta tagħha Rakkaudenkipee kisbet popolarità kbira fost il-partitarji tal-Eurovision.



PARÉA tgħaqqad l-istili differenti tat-tliet artisti f’kanzunetta waħda dinamika, u huwa mistenni li aktar tard illum jinħareġ ukoll visualiser uffiċjali biex jakkumpanja r-rilaxx. Din il-kollaborazzjoni tkompli tikkonferma l-preżenza dejjem tikber ta’ Miriana Conte fix-xena mużikali internazzjonali.



Ritratti:

Facebook / Miriana Conte

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI