Andrew Zahra Jaqsam Mument Speċjali Ma’ Missieru Waqt Attività Fil-Ġimgħa Ddedikata Lill-Ktieb Fl-Iskola Tal-Gżira

Il-kompożitur, preżentatur u edukatur Andrew Zahra qasam mument tassew sabiħ u sinifikanti waqt attività organizzata fl-Iskola tal-Gżira għall-Ġimgħa tal-Ktieb. Zahra ħa miegħu lill-għażiż missieru, li wara karriera twila fl-edukazzjoni, reġa’ sab ruħu mdawwar bit-tfal – din id-darba biex jaqralhom stejjer bil-Malti.



“Ħadt lil missieri jaqra lit-tfal bil-Malti… wara karriera twila fl-edukazzjoni reġa’ spiċċa mdawwar bit-tfal ġurnata sħiħa,” kiteb Andrew Zahra, filwaqt li esprima l-ferħ tiegħu għal din l-esperjenza.



L-inizjattiva kienet parti minn attivitajiet li jippromwovu l-qari u l-lingwa Maltija fost it-tfal, u dan il-mument speċjali wera kif l-imħabba għall-edukazzjoni tibqa’ tgħix minn ġenerazzjoni għall-oħra.

Ejjew nagħmlu sforz aħna lkoll sabiex inżommu l-lingwa tagħna ħajja u nkomplu nużawha bl-aħjar mod possibbli.



Ritratti:

Facebook / Andrew Zahra

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI